Ceratonia Siliqua

Ħarruba

Din is-siġra hija dejjem ħadra u tikber għal madwar għaxar metri. Hija tikber fil-widien, f’żoni ikkultivati u qrib il-bini rurali. Hija siġra komuni iżda l-habitats naturali tagħha qegħdin jonqsu. Il-ħarrub kien użat minn missirijietna bħala għalf għall-bhejjem tagħhom. Il-miżwed ta’ dawn is-siġar għadu jintuża biex jiġi prodott il-‘ġulepp tal-ħarrub’.

Il-weraq ta’ din is-siġra jikkonsistu minn żewġ sa ħames pari ta’ fuljetti ovati, tal-ġilda, b’ponta mnaqqxa u marġini kemmxejn immewġin.

Fjuri ħodor mingħajr petali, fi fjorituri żgħar li jinġarru fuq il-friegħi avvanzati fiż-żmien, li jidhru fl-istess post sena wara oħra. Fjuri maskili u femminili normalment jikbru fuq siġar differenti. Il-blanzuni jiftħu fil-ħarifa (tipikament matul ix-xahar ta’ Ottubru) meta r-riħa qawwija tal-fjuri maskili timla l-arja.

Il-frott ta’ din is-siġra huwa twil minn għaxra sa għoxrin ċentimetru li jiffurmaw biss fuq siġar femminili.

Stephen Mifsud