Skema Nru 1

Restawr

Il-Ministeru għal Għawdex qed iniedi skema biex jassisti l-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi Għawdxin fir-restawr ta’ binjiet u monumenti oħra fissi li huma ta’ valur storiku u/jew artistiku u li jinsabu fit-territorju tagħhom.

Din l-iskema ilha toħroġ għal 3 snin fuq xulxin.

Skema Nru 2

Gym Miftuħ

Il-Covid-19 ta lok għal normalità ġdida. Waqt li ħafna gyms reġgħu fetħu, ħafna nies xorta għadhom jiffrekwentaw ġonna pubbliċi fejn ma hemmx it-tagħmir tajjeb għat-taħriġ fiżiku tagħhom. Il-Ministeru għal Għawdex iħoss li spazji pubbliċi miftuħa jistgħu jinbidlu f’gyms miftuħa u mgħammra tajjeb fejn persuni ta’ kull età jistgħu jagħmlu ta’ kuljum l-eżerċizzju fiżiku tagħhom. Il-Ministeru għal Għawdex nieda skema biex jgħin lill-Kunsilli Lokali Għawdxin jiżvilupp gym, ġnien jew żona miftuħa għall-eżerċizzju f’postijiet fil-beraħ fit-territorji rispettivi tagħhom. Dan għandu jagħti l-possibbiltà lill-pubbliku li jgawdi dawn l-ispazji miftuħa u fl-istess ħin jagħmel l-eżerċizzju fiżiku tiegħu.