Cupressus Sempervirens

Ċipress Taljan

Din hija siġra tal-Lvant tal-Mediterran b’konifera dejjem ħadra. Jeżistu diversi tipi differenti ta’ din is-siġra. L-għoli u l-firxa jvarjaw skont il-varjeta’ partikolari, iżda f’Malta, l-għoli tas-siġra ġeneralment ikun bejn ħames metri u ħmistax-il metru, rarament ogħla. Dawn is-siġar huma wżati l-aktar sabiex jilqgħu għar-riħ fil-ġonna tal-frott iżda, meta jintużaw bħala kampjuni, joħolqu punti fokali u postijiet familjari f’paesaġġi formali.

Il-weraq ta’ din is-siġra huma ta’ kulur aħdar skur, twal bejn żewġ u ħames millimetri u magħmula fuq rimjiet fit-tond.

Il-frott huwa twil sa erba’ millimetri, ovali għal tond, u ta’ kulur ħadrani meta matur. Il-koni maskili huma twal bejn tlieta u ħames millimetri u jinġarru fix-xitwa. Fi ġranet mirjieħa, dawn is-siġar jerħu trab tad-dakra (pollen) li jidher bħal sħab ta’ trab abjad fl-arja. Il-koni ta’ dawn is-siġar jistgħu jibqgħu issiġillati għal diversi snin. Bl-istess mod, iż-żrieragħ tagħhom jistgħu jibqgħu ssiġillati għal ħafna snin ġewwa l-koni u jkunu jeħtieġu sjuf sħan niexfa u potenzjalment nirien biex jissiġillaw il-koni u jirrilaxxaw iż-żrieragħ.

Stephen Mifsud