Id-Direttor ta’ EkoGħawdex dan l-aħħar kompla l-installazzjoni ta’ sistema ġdida tat-turf fil-Grawnd il-ġdid li nbena l-Qala. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu l-livellar mill-ġdid u t-tbattim tal-bażi diġà eżistenti biex tinħoloq pjattaforma stabbli u permeabbli għas-sistema tat-turf tal-futbol.

Is-sistema tat-turf tal-futbol fiha saff prefabbrikat ta’ shock pad u turf artifiċjali ta’ 50mm tal-futbol magħmul minn monofilament reżistenti b’ramel stabbilizzanti u sbr/natural infill, skont l-aħħar standards tal-kwalità tal-FIFA.

Ġiet installata xibka ratba mad-dawra sħiħa tal-grawnd, bi xbieki b’saħħithom ikopru l-parti ta’ wara tax-xibka tal-ballun.

Is-sistema tad-dawl fiha erbgħa u għoxrin 500 W LED floodlight ta’ enerġija effiċjenti magħluqa f’aluminju robust ta’ kwalità għolja, weqfin fuq sitt arbli. Il-bozoz jaħlu mill-inqas u għandhom ħġieġ apposta u ta’ kwalità għolja biex id-dawl jitqassam sew.