RESINDUSTRY għandha l-għan li żżid l-awtonomija tal-enerġija fis-settur tal-industrija fl-UE, billi tnaqqas l-intensità tal-enerġija tagħha permezz ta’ integrazzjoni ogħla ta’ sorsi ta’ enerġija.

L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett hu li:

Iżid il-kompetittività tal-industrija billi jnaqqas il-ħela ta’ enerġija tagħha, jgħolli l-awtonomija tagħha mill-enerġija, u hekk jifred l-ispejjeż tal-enerġija tagħha mill-effetti esterni ġeopolitiċi.

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet strateġiċi fit-tul, irid isir fil-fabbriki investiment f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli billi jitjiebu l-Programmi Operattivi b’politika ġdida ta’ promozzjoni għal Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Hemm 7 pajjiżi li qed jipparteċipaw f’dan il-proġett:

  • Ir-Repubblika Ċeka – Czech Technical University (Lead Partner)
  • Il-Fillandja – Lahti University of Applied Sciences
  • Spanja – Extremadura Energy Agency
  • L-Estonja– Tartu Regional Energy Agency
  • Il-Polonja – Marshal Office of Świętokrzyskie Region
  • L-Awstrija– Vorarlberg University of applied Sciences
  • Malta– EkoGħawdex, Ministeru għal Għawdex

Objettivi għal Għawdex:

  • Jinħoloq Grupp Lokali ta’ Partijiet interessati li jibbenefikaw mit-trasferiment ta’ esperjenzi dwar l-integrazzjoni tal-RES f’fabbriki fis-7 pajjiżi
  • Jiġu identifikati l-aħjar 10 prattiċi f’Malta
  • Analiżi tas-Suq b’analiżi profonda tas-sitwazzjoni reġjonali
  • Assessjar Reġjonali
  • Titjib tal-Programmi Operazzjonali b’politika ġdida għall-Promozzjoni tal-RES
  • 12-il parteċipant f’Workshops Interreġjonali u Żjajjar ta’ Studju għal għarfien ikbar
  • 19-il avveniment b’tagħlim fuq din it-tip ta’ politika

Interreg Europe—RESINDUSTRY Workshop Interreġjonali 7, Żjara ta’ Studju 3 u Steering Committee 7

Id-Direttorat ta’ EkoGħawdex, wieħed mis-seba’ sħab tal-Proġett RESINDUSTRY, fis-27 ta’ April żamm f’Għawdex is-7 Workshop Interreġjonali, u fit-28 ta’ April, is-7 Steering Committee u t-3 Study Visit.

L-għan ewlieni ta’ RESINDUSTRY hu li żżid l-awtonomija tal-enerġija fis-settur tal-industrija tal-UE billi tnaqqas l-intensità tal-enerġija tagħha permezz ta’ integrazzjoni ogħla ta’ RES.

 

Workshop Interreġjonali 7

Fil-Lukanda Ta’ Ċenċ, iktar minn 50 parteċipant minn 6 pajjiżi tal-UE u Malta, fosthom dawk li huma sħab fil-proġett jew għandhom interess fih, ħadu sehem f’workshop li ddiskuta l-pjan ta’ azzjoni tal-imseħbin fil-proġett għat-tieni fażi tal-proġett. Il-workshop fetaħ b’introduzzjoni mid-Direttur ta’ EkoGħawdex, is-Sur Joseph Cutajar, u wara saret preżentazzjoni mis-sħab kollha dwar il-pjanijiet ta’ azzjoni għat-tieni fażi, segwita minn diskussjoni miftuħa bejn is-sħab kollha.

Iktar tard dakinhar, is-sħab u l-partijiet interessati kollha ġew akkumpanjati għal żjara lill-Bastjun taċ-Ċittadella mill-Assistent Direttur is-Sur Stephen Cini mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali.

 

Steering Committee 7

Is-sħab fil-proġett kellhom laqgħa qasira dwar is-sitt semestru tal-proġett u attivitajiet ippjanati għat-tieni fażi fis-Sala tas-Sentinella, iċ-Ċittadella.

 

Żjara ta’ Studju 3

Il-konsorzju kien ippjana li jiltaqa’ f’Settembru 2020, imma minħabba l-pandemija tal-Covid, il-laqgħa ġiet posposta. Is-sħab fil-proġett, flimkien mal-partijiet interessati kollha, kellhom żjara interessanti ta’ studju f’Magro Food Village u l-FXB fix-Xewkija Industrial Estate. Fit-tieni semestru tal-proġett, iż-żewġ fabbriki msemmija ġew ivvutati fost l-aħjar 14-il prattika minn total ta’ 70 prattika mill-aqwa. Minħabba l-għadd kbir ta’ parteċipanti, il-konsorzju ġie maqsum f’żewġ gruppi. Barra minn żjara lill-binjiet rispettivi, fejn il-parteċipanti setgħu josservaw il-proċess industrijali, il-konsorzju ġie wkoll mgħarraf bis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li l-fabbriki qed jużaw bħalissa u l-pjanijiet għall-futur biex tintaqqas aktar id-dipendenza tal-fabbrika fuq kombustibbli fossili.