Ir-riżorsi naturali f’territorji turisitiċi vulnerabbli MED, bħal gżejjer u postijiet bi ftit abitanti, jinsabu fil-periklu. Il-limitazzjonijiet ta’ wisa’ f’destinazzjonijiet MED bħal dawn spiss iġibu f’kuntrast ma’ xulxin il-komunitajiet lokali u l-industrija tat-turiżmu. Hemm bżonn ta’ rispons magħqud u qafas metodoloġiku wieħed għal politika f’territorji bħal dawn, biex tiġi indirizzata l-isfida tas-sostenibbiltà, speċjalment f’termini ta’ ppjanar aħjar u iktar integrat għal turiżmu sostenibbli li jippreserva u jivvalorizza r-riżorsi non-rinnovabbli.

INCIRCLE se jibni fuq proġetti oħrajn qablu, jagħmel użu mill-għarfien u mill-għodod disponibbli biex jittestja metodoloġija ġdida li tapplika l-prinċipji ta’ ekonomija ċirkolari għas-settur turistiku, b’attenzjoni fuq il-ħtiġijiet partikulari tal-gżejjer u postijiet b’inqas nies jgħixu fihom. Politika magħmula apposta għal INCIRCLE tista’ tindirizza l-mobbiltà, l-effiċjenza fl-enerġija, l-użu ta’ riżorsi limitati bħall-ilma u l-produzzjoni tal-iskart, waqt li ttejjeb il-prosperità u l-kwalità tal-ħajja tal-komunità.

Huma maħsuba riżultati fit-tul u li faċilment jiġu addottati biex lil dawk li jridu jieħdu deċiżjonijiet, jipprovdulhom għodod konkreti u opportunitajiet ta’ ttestjar ħalli jtejbu l-ħila tagħhom f’termini ta’ assessjar u ppjanar tas-sostenibbiltà f’territorji fejn ir-riżorsi diġà huma skarsi, biex jakkwistaw fondi ġodda u opportunitajiet konkreti, u jilħqu l-massa kritika għal tkabbir sostenibbli u ċirkulari MED.

Attivitajiet ta’ kapitalizzazzjoni jżidu l-attivitajiet f’territorji oħra u jwasslu għal riżultati fil-politika reġjonali, nazzjonali u Ewropea.

Websajt tal-Proġett

https://incircle.interreg-med.eu/